Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • L-organizzazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea

    Tmexxija politika

    Taħt it-tmexxija tal-President tagħha, il-ħidma tal-Kummissjoni tingħata direzzjoni minn grupp ta' 27 Kummissarju, magħruf bħala "il-Kulleġġ". Flimkien huma jiddeċiedu dwar id-direzzjoni politika u strateġika tal-Kummissjoni.

    Kull 5 snin jinħatar Kulleġġ ġdid ta' Kummissarji.

    Dipartimenti u aġenziji eżekuttivi

    Il-Kummissjoni hi organizzata f'dipartimenti ta' politika, magħrufin bħala Direttorati Ġenerali (DĠ), li huma responsabbli għall-oqsma ta' politiki differenti. Id-DĠ jiżviluppaw, jimplimentaw u jimmaniġġjaw il-politika, il-liġi u l-programmi ta' finanzjament tal-UE. Barra minn hekk, id-dipartimenti ta' servizz jittrattaw kwistjonijiet amministrattivi partikulari. L-aġenziji eżekuttivi jimmaniġġjaw programmi stabbiliti mill-Kummissjoni.

    Lista ta’ dipartimenti u aġenziji eżekuttivi

    Il-persunal tal-Kummissjoni

    Is-servizz ċivili tal-Kummissjoni għandu tradizzjoni li tmur lura għal aktar minn 60 sena. Bħalissa, madwar 32,000 impjegat permanenti u kuntrattwali jaħdmu fil-Kummissjoni. Dawn jinkludu uffiċjali tal-politika, riċerkaturi, avukati u tradutturi. 

    Il-Kummissjoni timmira li tkun organizzazzjoni moderna, flessibbli u mmexxija mill-valuri li tiżgura li l-persunal tagħha jikseb riżultati eċċellenti għan-nies fl-UE kollha. 

    Sir af aktar dwar:

    L-uffiċċji tal-Kummissjoni mad-dinja kollha.

    • Uffiċċji ta’ rappreżentanza: fl-UE, dawn l-uffiċċji jaġixxu bħala l-vuċi tal-Kummissjoni fil-pajjiż ospitanti.
    • Delegazzjonijiet tal-UE: dawn huma uffiċċji barra mill-UE, mmaniġġjati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna. Huma jgħinu kemm fil-promozzjoni tal-interessi u tal-politiki tal-UE kif ukoll iwettqu varjetà ta' programmi ta' assistenza.